Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
AĦNA MHUX SE NISKTU   |  Il-President tilqa' lis-Soċjetà Ċivili; Jitolbu r-riżenja mmedjata tal-Kummissarju u l-AĠ   |  "Mhux eskluż li l-assassinju kien ikkummissjonat minn politiċi" - Oħt DCG   |  Ritratti: Quddiem id-Depot isejħu għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija

Il-postijiet tax-xogħol vakanti fl-Ewropa baqgħu stabbli b'1.7%

Gabriel  Schembri  -  16/09/15 02:19 PM

Ir-rata ta’ postijiet ta’ xogħol vakanti fiż-Żona Ewro u fl-Unjoni Ewropea baqgħet stabbli għal 1.7% fit-tieni kwart tas-sena. Dan meta kkumparat mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.

Skont statistika Ewropea, ir-rata ta’ opportunitajiet ta’ xogħol għat-tieni kwart tal-2015 kienet ta’ 1.2% fis-settur tal-industrija u l-kostruzzjoni u b’rata ta’ 2.1% fis-servizzi.

L-ikbar rati ta’ postijiet vakanti tax-xogħol ġew irreġistrati fil-Belġju u l-Ġermanja, bi 2.7%. Wara hemm ir-Renju Unit bi 2.5% u r-Repubblika Ċeka bi 2.3%.  L-inqas opportunitajiet ta’ xogħol ġew reġistrati fil-Latvja u l-Polonja.