Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Kowtijiet, xalel u skufji min-nhar is-Sibt...

Charmaine  Attard   -  11/01/16 11:09 AM

Jidher li minn kmieni nhar is-Sibt li ġej se nibdew nesperjenzaw temperaturi xi ftit iktar friski hekk kif l-ogħla temperatura mistennija tilħaq 16-il grad Celsius.

Skont is-sit FirstMalta li joffri servizz ta’ tbassir tat-temp, hi prevista xita rxiex is-Sibt filgħaxija u kmieni l-Ħadd filgħodu mistennija tkompli tiffriska l-arja.

Bħal-lum ġimgħa mbagħad, it-temperaturi mistennija jkomplu jinżlu tant li l-ogħla temperatura matul il-ġurnata hi prevvista li tilħaq it-13-il grad, filwaqt li tal-lejl se tinżel sa disa’ gradi.

FirstMalta.com jgħid li “x-xitwa għad trid turi snienha imma qabel ma ntiegħmu ftit il-kesħa rridu nissaportu ftit ieħor is-sħana li mistennija żżid fis-sigħat li ġejjin, hekk kif l-ogħla temperaturi mistennija jinħassu sa 21 grad."