Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

Itfi l-mowbajl jekk għandek Samsung Galaxy Note 7!

Charlene Valentina  Giordimaina  -  11/10/16 07:20 AM

Fi stqarrija, il-kumpanija Samsung appellat lil sidien ta’ Samsung Galaxy Note 7 biex b’mod urġenti jitfu l-mowbajl tagħhom.

Dan wara li lbieraħ il-kumpanija ħabbret li waqqfet il-produzzjoni ta’ dan il-mudell, minħabba rapporti li s-sostitut ta’ dan il-mudell għadu fir-riskju li jieħu n-nar.

B’kollox irtirat minn fuq is-suq 2.5 miljun mowbajl, wara rapporti li l-ismartphone kien qed jisplodi. Wara, iżda, reġa’ kien hemm rapporti li anke s-sostituzzjonijiet qed jieħdu n-nar, minkejja li Samsung kienet assigurat lis-sidien li s-sostituzzjoni tal-Galaxy Note 7 hu sikur.