Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

50 persuna jinqatlu waqt protesta kontra l-Gvern

Alvin  Vassallo  -  02/10/16 06:30 PM

Fl-Etjopja minn tal-inqas 50 persuna nqatlu wara li l-Pulizija sparaw fuq il-folol li kienu qed jipprotestaw kontra l-Gvern waqt festival tradizzjonali.

Sa issa l-Gvern għadu ma qalx kemm inqatlu u ndarbu nies.

Waqt li l-folol bdew jipprotestaw u jgħajtu li jridu l-ħelsien u l-ġustizzja, il-pulizija sparaw hekk kif uħud minn nies bdew iwaddbu l-ġebel.

L-inċident seħħ f’Bishoftu, 40 kilometru ’l bogħod mill-kapitali Addis Ababa.

Il-protesti saru kontra l-pjan li titwessa’ l-belt kapitali, dan minħabba li l-bdiewa qed jibżgħu li jitilfu l-art tagħhom u xogħolhom.