Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Samsung Galaxy Note 7: Jisplodi t-tieni sostituzzjoni

Charlene Valentina  Giordimaina  -  09/10/16 03:20 PM

Sploda t-tieni sostituzzjoni tas-Samsung Galaxy Note 7, wara li l-kumpanija Samsung irtirat il-mudelli li kienu mibjugħa fuq is-suq, u tat sostituzzjoni ġdida lil min xtara dan il-mudell.

Raġel minn Kentucky fl-Istati Uniti rrakkonta kif qam fil-kamra tas-sodda tiegħu, li kienet mimlija duħħan, li kien ħiereġ mill-mowbajl.

Michael Klering, ir-raġel li splodielu l-mowbajl, qal li “Peress li l-mowbajl kien sostituzzjoni, tistenna li għandu jkun sikur.”

Żied jgħid li l-mowbajl ma kienx qed jiċċarġja meta ħa n-nar fid-dar tiegħu.

Ġurnalist tat-teknoloġija tal-BBC, Dave Lee, qal kif Samsung bħalissa qed taffaċċja kriżi, wara li anke s-sostituzzjonijiet tas-Samsung Galaxy Note 7 qed jisplodu. Dan qed iwassal biex iqumu diversi dubji mill-pubbliku dwar l-obbligu tal-kumpanija Samsung biex tipproteġi l-pubbliku.

Wara li Samsung irtirat il-mudell tal-Galaxy Note f’Settembru li għadda, il-kumpanija qalet li identifikat il-problema għalfejn il-mudell kien qed jisplodi u rranġat il-problema. Jidher, iżda, li dan mhux il-każ.