Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Jinstab raġel mejjet fil-baħar   |  "Diġà hemm ħafna kriminalità: Iżżiduhiex bil-'gentlemen's clubs'"   |  “Il-Knisja Maltija hi importanti għall-Papa” – In-Nunzju Appostoliku   |  Il-Golfo Azzurro ordnat jidħol Tripli b'theddid li jinfetaħ in-nar fuqu

Jekk jinteressak l-orgni...

Lara Michelle Camilleri  -  11/11/16 02:15 PM

L-organista Ġermaniż Christian Scmitt se jagħti masterclasses b’xejn fuq l-orgni waqt il-Festival Internazzjonali tal-Orgni f’Malta.

Dawn il-klassijiet se jsiru l-Erbgħa 20 ta’ Novembru fid-9.30am fil-parroċċa ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta.

Il-Festival, li se jibda fid-19 ta’ Novembru u jibqa’ għaddej sad-9 ta’ Diċembru, se jipprovdi 17-il kunċert fil-knejjes f’Malta u Għawdex.

Barra minn hekk, Christian Schmitt se jagħti kunċert fuq l-orgni t-Tlieta 29 ta’ Novembru taħt il-patroċinju tal-Ambaxxatriċi tal-Ġermanja f’Malta.

Għal iktar dettalji wieħed jista’ jżur is-sit.