Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Żewġ anzjani gravi wara li ttajru viċin Mater Dei   |  "Ma nistgħux nużaw il-liġi mingħajr sens ta' ġustizzja soċjali" - Neil Falzon   |  Awdjo: "Nittama li dan kien preċedent li kulħadd tgħallem minnu" - Il-President   |  Donald Trump jerġa' jattakka l-midja Amerikana

Gianni Morandi kiser tliet kustilji f'inċident sfortunat

George  Cremona  -  15/12/16 11:44 AM

Ftit ħin wara li għalaq 72 sena, il-kantant Taljan Gianni Morandi kellu inċident sfortunat ħafna fil-ġnien.

Waqt li kien qed jaħdem fil-ġnien, bi żball żelaq, waqa' fuq zokk maqtugħ u spiċċa stendut mal-art.

Dan ħabbru dalgħodu fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook.

Minħabba f’dan l-imprevist, il-kantant ħabbar ukoll li kellu jwaqqaf l-impenji tiegħu li għall-jiem li ġejjin.

Apparti dan, Morandi ħabbar ukoll li se jkollu jieqaf temporanjament mill-ġbid tax-xeni ta’ sensiela televiżiva li kien skedat ukoll għal dawn is-sigħat.

“Minkejja li qed tarawni nitbissesm fir-ritratt, l-uġigħ li għandi hu wieħed vjolenti u insapportabli” temm jgħid Morandi llis-segwaċi tiegħu.