Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

Andrea Bocelli għall-kunċert ma' Joseph Calleja fuq il-Fosos

Charmaine  Attard   -  21/12/16 07:06 PM

It-tenur Taljan Andrea Bocelli se jkun il-mistieden speċjali għall-kunċert annwali tat-tenur Malti ta’ fama internazzjonali Joseph Calleja.

L-2017 tfakkar l-20 anniversarju mid-debutt ta’ Calleja. Il-kunċert organizzat mill-NnG Promotions se jsir fid-19 ta’ Awwissu li ġej fuq il-Fosos tal-Furjana.

Iż-żewġ tenuri se jkunu akkumpanjati mill-Orkestra Nazzjonali u mill-BOV Joseph Calleja Children’s Choir, taħt id-direzzjoni ta’ Gillian Zammit.

Għall-ħames sena konsekuttiva, se jkun hemm żoni għal udjenzi bilwieqfa, mingħajr ħlas.

Dawk li jippreferu post bilqiegħda jistgħu jixtru l-biljett minn għada l-Ħamis minn fuq is-sit www.showshappening.com jew fuq 79265066.