Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Investigati żewġ messaġġiera tal-Qorti   |  

L-Isqof Silvestru Magro jtemm il-missjoni tiegħu f'Bengażi

Yendrick  Cioffi  -  14/02/16 12:42 PM

Il-Papa Franġisku aċċetta r-riżenja tal-Isqof Silvestru Magro OFM mill-kura pastorali tal-Vigarjat Appostoliku ta’ Bengażi fil-Libja.

Fl-istess komunikat uffiċjali, maħruġ min-Nunzjatura Appostolika fil-Libja, Monsinjur George Bugeja nħatar bħala Amministratur Appostoliku tal-Vigarjat ta’ Bengażi.

Fil-komunikat, il-Papa Franġisku rringrazja lill-Isqof Emeritu Silvestru Magro tal-ħidma kbira li wettaq u ta’ kemm kien dejjem viċin l-Insara f’Bengażi.

L-Amministratur Appostoliku l-ġdid, Monsinjur George Bugeja, għandu 53 sena u huwa Reliġjuż fi ħdan l-Ordni tal-Franġiskani Minuri.

Huwa inħatar mill-Papa bħala l-Vigarju Episkopali ta’ Tripli fl-10 ta’ Lulju tas-sena li għaddiet u rċieva l-Ordinazzjoni Episkopali fl-4 ta’ Settembru.

Il-komunikat uffiċjali jinsab hawn taħt