Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Il-Gvern għandu jgħinna mhux ifixkilna” - OASI   |   "Se nirriżenja biex nibgħat messaġġ" - Simon Busuttil   |   Student Malti janalizza implants b'inqas riskji għas-saħħa   |  L-Italja twissi li tagħlaq il-portijiet għal bastimenti bl-immigranti

Inawgurat il-proġett ta' restawr fis-Sacra Infermeria

Jesmar Baldacchino  -  17/02/16 08:08 PM

Ġie inawgurat il-proġett tas-saqaf tas-Sacra Infermeria f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.

Dan il-proġett sar b’investiment ta’ aktar minn €1,080,000 u kien jinkludi r-restawr tas-saqaf u tat-taraġ li jagħti fuq il-bejt, bl-iskop li jinfetaħ għat-turisti.

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg qalu li x-xogħlijiet saru bil-programm ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea għall-2007-2013 fejn ġew salvati fondi li ntużaw għal proġetti fosthom it-tisbiħ ta’ Pjazza Kastilja u r-restawr tal-faċċata u l-btieħi tal-Palazz tal-President.

Dawn saru b’aktar minn €2.38 miljun.

Il-Ministru Zammit Lewis ħabbar li kampanja ta’ promozzjoni u sit elettroniku se jkunu lesti biex jiġu varati f’April li ġej, fl-okkażjoni ta’ waħda mill-akbar fieri tal-konferenzi l-IMEX fi Frankfurt fil-Ġermanja.

Qal ukoll li se ssir applikazzjoni għal fondi Ewropej biex isir ir-restawr kollu ta’ Dar il-Mediterran, li jammonta għal €5 miljun.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Ian Borg qal li l-proġett tas-Sacra Infermeria sar b’€1 miljun u li fil-preżent għaddejja evalwazzjoni ta’ proposti għal proġetti ġodda li jlaħħqu l-€40 miljun f’fondi Ewropej.  


Ritratt: DOI - Pierre Sammut