Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Ritratti: Il-President tinawgura kindergarten f'Durres fl-Albanija

Jesmar Baldacchino  -  18/02/16 08:26 PM

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca żaret iċ-ċentru għat-tfal u ż-żgħażagħ f’Durres fl-Albanija.

Dan iċ-ċentru huwa immexxi mill-komunità tal-Patrijiet Dumnikani Maltin.

Il-President inawgurat kindergarten ġdid fiċ-ċentru, li sar bil-kontribut finanzjarju tal-Maltin u l-Għawdxin.

Marie-Louise Coleiro Preca qalet li qed tħares ‘il quddiem biex tilqa’ żgħażagħ minn Durres f’Malta filwaqt li proponiet skambji bejn Malta u Durres.

Fl-Albanija, Marie-Louise Coleiro Preca ltaqgħet ukoll mas-Sindku ta’ Tirana fejn ġiet ippreżentata fiċ-ċavetta tal-belt.

Attendiet ukoll bosta laqgħat fosthom mal-Prim Ministru Albaniż Edi Rama. 


Ritratti: DOI - Jeremy Wonnacott