Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Tgħid x’tgħid il-liġi, iż-żwieġ jibqa’ bejn raġel u mara” – L-Arċisqof   |  Żewġ persuni jispiċċaw mal-art wara inċident   |  "L-akbar gidba hi li mhux ħa tispiċċa ħażin bid-droga" - żagħżugħ li rebaħ l-isfida tad-droga   |  14-il mara tqila salvati mill-baħar

Kunsill Ewropew: “Ftit progress, fadal ħafna xi jrid isir”

Charlene Valentina  Giordimaina  -  19/02/16 06:57 AM

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk qal li sar “ftit progress” fl-ewwel jum tal-Kunsill Ewropew fi Brussell, “iżda fadal ħafna x’għad irid isir.”

Il-mexxejja tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea qed jitlaqgħu fi Brussell biex jiddiskutu iktar fit-tul it-talbiet li ressaq David Cameron wara li l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk kellu laqgħat mal-Prim Ministru Ingliż.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li minkejja li ftit li xejn sar progress, hu xorta waħda jinsab kunfidenti li se jintlaħaq qbil biex ir-Renju Unit jibqa’ fl-Unjoni Ewropea.

Qabel il-bidu tal-Kunsill Ewropew, il-Prim Ministru qal li jekk jiġu rfinati, it-talbiet tal-Prim Ministru Ingliż David Cameron isibu l-appoġġ ta’ Malta. Enfasizza li m’għandux ikun hemm ftehim għar-Renju Unit biss iżda wieħed li jkun ta’ benefiċċju għall-pajjiżi l-oħra bl-istess ċirkostanzi jew li jistgħu jispiċċaw fl-istess sitwazzjoni fil-futur.