Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

Michelle Muscat tintgħażel bħala Co-Chair tal-Eurodis għall-mard rari

Jesmar Baldacchino  -  24/02/16 04:15 PM

Michelle Muscat intgħażlet bħala Co-Chair tal-Kumitat tal-Eurodis Awards fi Brussell, flimkien mal-Prinċipessa Anne de Ligne tal-Belġju.

Fid-diskors tagħha, Michelle Muscat tkellmet dwar l-Alleanza Nazzjonali għall-Mard Rari f’Malta.

Għamlet referenza wkoll għall-appoġġ lill-pazjenti b’mard rari u l-koperazzjoni bejn Malta u pajjiżi oħra Ewropej.

Il-Eurodis huwa l-vuċi tal-persuni li għandhom mard rari u hija meqjusa bħala l-ikbar organizzazzjoni Ewropea f’dan il-qasam.

Hija magħmula minn 700 organizzazzjoni jew għaqda f’60 pajjiż differenti.

L-aħħar jum ta’ Frar huwa meqjus bħala l-Jum Dinji għall-Mard Rari.