Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

It-temp sabiħ kemm se jdum fuq Malta?

Charmaine  Attard   -  16/03/16 02:42 PM

It-temp fi tmiem il-ġimgħa se jkun wieħed sabiħ b’temperatura li tilħaq it-18-il grad u l-inqas 12-il grad.

Skont is-sit First Malta li jipprevedi t-temp, is-Sibt it-temp mistenni jkun xemxi l-ġurnata kollha, bi sħab mill-inqas, b’riħ Majjistral Forza 4 filgħodu li jikkalma għall-Forza 2 sa waranofsinhar.

Il-jum tal-Ħadd se jkun mimli xemx, bir-riħ Punent Majjistral Forza 1 il-ġurnata kollha.

Madanakollu, nhar l-Erbgħa li ġej, il-pressjoni atmosferika mistennija tinżel b’mod drastiku.  Dan jista’ jfisser li fi ftit ġranet wara jkollna  xi ftit xita u maltemp fuq il-gżejjer Maltin.

Il-First Malta qal li hekk kif bħalissa Malta u Għawdex qed jesperjenzaw temp kważi sajfi, it-temp ikrah u maltemp qed jolqot il-Mediterran kollu.

Javża li wieħed m’għandux joqgħod fuq dan it-tbassir għal deċiżjonijiet relatati ma’ saħħa u sigurtà, jew deċiżjonijiet finanzjarji.