Newsbook

Free - On Google Play

View
Il-Knisja twieġeb għall-akkużi foloz tal-Orizzont   |  Jaqa' waqt li kien qed jaħdem fuq bejt   |  “L-immigranti għandhom dritt għal ħajja stabbli”   |   "M'aħniex edukati fid-diversità"   |  Tmut it-tarbija li ttajret bil-pram b'kollox f'Melbourne

Awdjo: “Il-każ ta' Gaffarena mhu xejn ħdejn tal-Panama"

Alvin  Vassallo  -  04/03/16 06:46 PM

Il-Kap tal-Opożizzjoni Simon Busuttil qal li sa ftit ilu l-poplu kien qed jitkaża bil-każ ta’ Gaffarena, liema każ wasal għar-riżenja ta’ Segretarju Parlamentari. Madankollu l-każ ta’ Gafarena mhu xejn ħdejn tal-Panama.

Dan qalu f’reazzjoni fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista.

Busuttil qal li ma jemminx lill-Prim Ministru meta qal li sar jaf mill-mdija dwar il-każ ta' Panama.

Tenna li Muscat tilef il-kredibbiltà tiegħu fit-tmexxija nadifa.

Qal li la Muscat għadu qed jiddefendihom s’issa, għandu jerfa’ r-responsabbiltà politika għal dak li għamlu huma.

Tenna li n-nies huma xxokkjati u rrabbjati minħabba r-reazzjoni li ta l-Prim Ministru u għax jafu li għall-korruzzjoni qed iħallsu huma.

Spjega li “meta n-nies jieħdu bi €30 diżil, il-Gvern qed jieħu nofshom”.

Busutiil tenna li filwaqt li huma għandhom kont il-Panama, in-nies fil-faqar qed jiżdiedu.

Dwar il-protesta li se ssir nhar il-Ħadd, Busuttil qal li l-protesta hija ġlieda tal-poplu kollu kontra l-politiċi maħmuġin.