Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Malta talloka finanzi għal 12-il proġett fl-Afrika u fl-Ażja

Alvin  Vassallo  -  22/04/16 10:04 AM

Malta se talloka €222,770 għall-ko-finanzjament ta' tnax-il proġett f'pajjiżi fl-Afrika u fl-Ażja.

Waqt iċ-ċerimonja ta’ preżentazzjoni, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin  George Vella ppreżenta ko-finanzjament għal proġetti.

Dawn il-proġetti se jitwettqu minn Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi għall-Iżvilupp (NGDOs) Maltin bl-assistenza ta' voluntiera dedikati u permezz tas-sorsi tagħhom ta' finanzjament.

George Vella tenna l-impenn ta’ Malta rigward l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għal-Żvilupp Sostenibbli maqbula fi New York f’Settembru 2015. Dawn il-proġetti ta’ żvilupp ser ikomplu jikkontribwixxu lejn l-għan ta’ dan il-Ministeru li jiġġieled il-faqar u jappoġja l-iżvilupp sostenibli.

Ritratt: DOI: Reuben Piscopo