Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
AĦNA MHUX SE NISKTU   |  Il-President tilqa' lis-Soċjetà Ċivili; Jitolbu r-riżenja mmedjata tal-Kummissarju u l-AĠ   |  "Mhux eskluż li l-assassinju kien ikkummissjonat minn politiċi" - Oħt DCG   |  Ritratti: Quddiem id-Depot isejħu għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija

Panama: Iktar dettalji se joħorġu fid-9 ta' Mejju

Charlene Valentina  Giordimaina  -  27/04/16 11:16 AM

Il-Konsorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti Investigattivi qalet li fid-9 ta' Mejju se jkun ippubblikat ammont kbir ta' dettalji dwar il-kumpaniji sigrieti offshore u l-persuni warajhom, ibbażati fuq informazzjoni li ħarġet mill-investigazzjoni tal-Panama Papers.

Fost oħrajn, l-informazzjoni li se tkun ippubblikata tinkludi informazzjoni dwar iktar minn 200,000 kumpanija, trust, foundation u fondi inkorporati f'21 tax haven, minn Hong Kong sa Nevada fl-Istati Uniti.

L-investigazzjonijiet tal-Panama Papers s'issa wasslu għal diversi riżenji minn persuni b'pożizzjoni għolja f'pajjiżi differenti, fosthom ir-riżenja tal-Prim Ministru tal-Iżlanda u r-riżenja tal-Ministru għall-Industrija ta' Spanja. Il-Prim Ministru tar-Renju Unit David Cameron qal li se jaħdem biex ikun hemm iktar trasparenza fejn jidħlu kumpaniji offshore.

F'Malta, l-iskandlu tal-Panama Papers wassal ukoll biex kompliet tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru Konrad Mizzi, b'diversi protesti kontra l-korruzzjoni.