Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

Il-Gvern jippubblika tweġiba għar-rapport tal-Awditur Ġenerali

Marion  Zammit  -  05/05/16 05:25 PM

Il-parti l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet li għamel l-Awditur Ġenerali lill-Gvern intlaqgħu waqt li għal dawk li ma ntlaqgħux, ingħataw ir-raġunijiet.

B’kollox l-Awditur Ġenerali għamel 259 rakkomandazzjoni lill-Gvern li laqa’ 241.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni tal-Gvern, Mario Cutajar, qal dan hekk kif, flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat, nieda pubblikazzjoni bi tweġiba għar-rapport annwali tal-Awditur Ġenerali dwar il-Kontijiet Pubbliċi 2014.

Din hi l-ewwel darba li l-amministrazzjoni pubblika nediet pubblikazzjoni simili bil-Gvern jiddeskriviha bħala turija ta’ kontabilità.

Il-Prim Ministru sostna li l-Gvern mhux se jħalli lill-Awditur Ġenerali jelenka l-istess nuqqasijiet sena wara l-oħra kif kien jiġri f’amministrazzjonijiet preċedenti hekk kif sostna li qed tittieħed azzjoni u b’mod trasparenti.

Id-dokument se jkun ippreżentat lill-Awditur Ġenerali nhar it-Tnejn.  

Ritratt: DOI - Reuben Piscopo