Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Jinstab raġel mejjet fil-baħar   |  "Diġà hemm ħafna kriminalità: Iżżiduhiex bil-'gentlemen's clubs'"   |  “Il-Knisja Maltija hi importanti għall-Papa” – In-Nunzju Appostoliku   |  Il-Golfo Azzurro ordnat jidħol Tripli b'theddid li jinfetaħ in-nar fuqu

L-Istati Uniti tħabbar regoli ġodda wara l-Panama Papers

Marion  Zammit  -  06/05/16 11:49 AM

Il-President Amerikan, Barack Obama, ħabbar li l-Gvern tiegħu se jniedi sensiela ta’ inizjattivi biex jiġġieled it-toqob fil-liġi li jippermettu l-evażjoni internazzjonali tat-taxxa.

Dan bi tweġiba għar-rivelazzjonijiet tal-Panama Papers.

Fost l-inizjattivi hemm azzjoni biex jiġi miġġieled il-ħasil tal-flus, l-iffinanzjar tat-terroriżmu u l-evażjoni tat-taxxa b’regoli iktar stretti dwar trasparenza.

Se jidħlu regoli ġodda li ma jħallux iktar lill-barranin jaħbu attivitajiet finanzjarji b’mod anonimi fl-Istati Uniti u l-banek se jiġu mġiegħla joqgħodu iktar attenti dwar kif jittrattaw il-flus.

Il-White House u t-Teżor Amerikan talbu wkoll lill-Kungress biex jgħaddi miżuri dettaljati ġodda biex jindirizza l-problema iktar fit-tul dwar dawk li jevitaw li jħallsu t-taxxi offshore