Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

​Ivan Grech tal-Winter Moods b’kunċert f’Awwissu

Charmaine  Attard   -  14/07/16 09:17 AM

Ivan Grech, il-kantant tal-grupp Winter Moods ħabbar l-ewwel kunċert tiegħu waħdu, li se jsir fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Awwissu.

Se jkun kunċert kemxejn differenti, hekk kif minbarra kanzunetti popolari li kiteb ma’ Winter Moods, se jinterpreta diski oħra li nfluwenzawh tul is-snin, fosthom biex jidħol fix-xena mużikali.

Se jinterpreta kanzunetti klassiċi, evergreen mis-snin sittin sad-disgħinijiet, minn Pete Seeger, Depeche Mode, Elvis u U2, diski li l-udjenza se tkanta magħhom.

Ivan se jkun akkumpanjat minn Jeremy Micallef u David Cassar Torregiani fuq kitarra, Conrad Dimech fuq kitarra u keyboards, David Ciantar fuq keyboards, Robert Galea fuq bass u Raphael Tonna fuq drums.

Dario Bezzina u Amanda Dimech se jkunu l-backing vocalists.

Biljetti għal dan il-kunċert, organizzat minn Striped Sox, jistgħu jinkisbu minn hawn.