Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
"Il-Gvern se jagħti 7 biljun litru ilma fis-sena lill-bdiewa u lukandi" - Joseph Muscat   |  “Il-Gvern irid jagħmel profitt anke mill-mewt” – Simon Busuttil

Tixgħel il-laptop bil-marka ta' subgħajk?

Alvin  Vassallo  -  02/09/16 02:20 PM

Issa se tkun tista’ tixgħel il-laptop bil-marka ta’ subgħajk minflok bil-password.

Skont rapporti internazzjonali l-buttuna li biha tixgħel il-laptop tal-MacBook Pro l-ġdid se jkollha sensor li jaqra l-marka ta’ subgħajk.

Għadu mhux magħruf x’se jkun l-użu tat-Touch Id fuq il-MacBook Pro.

Jekk se jkun bħal tal-iPhone,bis-sensor se tkun tista’ tixgħel il-laptop mingħajr ma ddaħħal password, tħallas għall-apps u tuża’ Apple Pay biex tixtri onlajn.

Rapporti qed jgħidu wkoll li l-laptop l-ġdid tal-Apple se jkollu OLED touch-screen buttons li se jieħdu post il-buttuni F1,F2 eċċ.

Minkejja li dawn il-buttuni ma tantx jintużaw għandhom il-faċilitajiet għal shortcuts bħal pereżempju biex tikkontrolla l-volumm tas-sound

Dawn ir-rapporti se jkunu konfermati aktar tard dan ix-xahar meta l-kumpanija Apple toħroġ il-laptop il-ġdid.