Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Jinstab raġel mejjet fil-baħar   |  "Diġà hemm ħafna kriminalità: Iżżiduhiex bil-'gentlemen's clubs'"   |  “Il-Knisja Maltija hi importanti għall-Papa” – In-Nunzju Appostoliku   |  Il-Golfo Azzurro ordnat jidħol Tripli b'theddid li jinfetaħ in-nar fuqu

​L-iskejjel tal-knisja jilqgħu 17,000 student

Charmaine  Attard   -  26/09/16 02:00 PM

F’dawn il-jiem, 17,182 student qed jibdew sena skolastika ġdida fl-Iskejjel tal-Knisja, f’Malta u Għawdex.

Dawn jinkludu 2,153 tifel u tifla li se jibdew jattendu skola tal-Knisja għall-ewwel darba jew li biddlu l-iskola.

Hemm 1,023 student fil-kindergarten u 7,840 fl-iskejjel primarji.

7,520 student jattendu l-iskejjel sekondarji u 799 student is-Sixth Forms.

Fil-jiem li għaddew, daħlu lura fl-iskejjel 2,365 għalliema, LSAs u Kindergarten Assistants.

Waqt seminar, l-Arċisqof Charles Scicluna kien fisser kif l-edukazzjoni hi missjoni għażiża ħafna għall-Knisja, għax l-edukazzjoni tgħallem lill-bniedem jikber fid-dinjità.

Ikkwota kliem il-Papa Franġisku, li l-għalliema huma benefatturi tal-umanità għax iridu jkunu dawk li jagħtu lit-tfal l-ideal tal-ħajja.

Mons. Scicluna qal li l-għalliema u l-professjonisti għandhom rwol importanti fis-soċjetà, u appella biex bl-imġiba tagħhom, bl-entużjazmu u bid-dedikazzjoni tagħhom, ikunu ta’ eżempju għall-istudenti.