Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
"Il-Gvern se jagħti 7 biljun litru ilma fis-sena lill-bdiewa u lukandi" - Joseph Muscat   |  “Il-Gvern irid jagħmel profitt anke mill-mewt” – Simon Busuttil

Awdjo: “40 sena ilu kont se nagħmel suwiċidju”

Charmaine  Attard   -  10/01/17 11:58 AM

Raġel li 40 sena ilu kien se jagħmel suwiċidju kiser is-silenzju u għall-ewwel darba wara daqstant snin qasam l-esperjenza li għadda minnha.

Waqt il-programm Dritt għall-Punt fuq RTK, John* irrakkonta kif membri tal-familja ġġakbinawh ma’ missieru li kien qed imiss il-flus.

Spjega kif dak il-ħin moħħu qallu biex imur l-irdum ta’ Ħad-Dingli u jibqa’ nieżel bil-vann b’kollox.

“Qisu xi ħadd qalli biex noħroġ mill-vann u qgħadt bilqiegħda fuq blata,” żied jgħid.

John stqarr kif f’daqqa waħda mar raġel ħdejh u staqsieh x’qed jagħmel, filwaqt li qallu li dawk il-ħinijiet mhux soltu jkun hemm nies jittawlu hemmhekk.

Wara li għamlu kwarta jitkellmu, John beda jħoss il-kesħa u qallu li se jmur filwaqt li staqsieh jekk iridx iwasslu x’imkien.

Min-naħa tiegħu r-raġel qallu li aħjar imur jorqod u li m’hemmx bżonn iwasslu għax hu jieħu gost jippassiġġa.

John* baqa’ ċċassat xħin daħal fil-vann, xegħel id-dawl u lir-raġel ma rahx iktar.  Mar jiġri għax beża’ li waqa’ iżda ma setax isibu.

Meta temm jirrakkonta l-esperjenza tiegħu, John* fetaħ għajnejn dawk li jkunu se jagħmlu dan il-pass, biex jaħsbuha darbtejn.

Jekk għandek jew taf b’xi ħadd li jbati minn ħsibijiet dwar suwiċidju ċempel il-linja 179 (Supportline tal-Aġenzija Appoġġ) jew żur is-sit kellimni.com. 

*John huwa isem fittizju