Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Żewġ anzjani gravi wara li ttajru viċin Mater Dei   |  "Ma nistgħux nużaw il-liġi mingħajr sens ta' ġustizzja soċjali" - Neil Falzon   |  Awdjo: "Nittama li dan kien preċedent li kulħadd tgħallem minnu" - Il-President   |  Donald Trump jerġa' jattakka l-midja Amerikana

Il-"Beatles” għal Dar il-Mediterran

Charmaine  Attard   -  10/01/17 06:45 PM

L-Orkestra Filarmonika Maltija se tidwi Dar il-Mediterran b’kanzunetti tal-Beatles fosthom Let it Be, Yesterday u Strawberry Fields Forever.

Taħt id-direzzjoni ta’ Alan Chircop u bil-parteċipazzjoni ta’ diversi tfal tal-iskejjel, il-kunċert Symphonic Beatles se jsir fis-17 u t-18 ta’ Frar, b’risq il-Fondazzjoni Qalb it-Tfal.

Il-kunċert se jsir bil-kollaborazzjoni ta’ Fondazzjoni Qalb it-Tfal, li l-missjoni tagħha hi li tassisti t-Taqsima tal-Kura Intensiva tat-Trabi (NPICU) fl-Isptar Mater Dei.

Il-qligħ kollu minn dan il-kunċert se jmur kollu għall-Fondazzjoni biex fost l-oħrajn jinxtara apparat speċjalizzat.

Il-kunċert The Symphonic Beatles diġà sar fis-Sala Royal Albert f’Londra.

Il-biljetti jistgħu jinxtraw minn hawn.