Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Jinstab raġel mejjet fil-baħar   |  "Diġà hemm ħafna kriminalità: Iżżiduhiex bil-'gentlemen's clubs'"   |  “Il-Knisja Maltija hi importanti għall-Papa” – In-Nunzju Appostoliku   |  Il-Golfo Azzurro ordnat jidħol Tripli b'theddid li jinfetaħ in-nar fuqu

​“Biex l-Ewropa tkun tan-nies trid tifhem x’qed iħossu”

Charmaine  Attard   -  11/01/17 05:35 PM

Il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil saħaq li biex l-Ewropa tkun tan-nies, l-ewwel trid tifhem x’qed iħossu n-nies.

Waqt li kien qed jindirizza l-Kulleġġ Ewropew tal-Kummissarji f’laqgħa mal-Kumitati Parlamentari, Simon Busuttil semma kif minkejja li 84% tal-Maltin emmnu fi sħubija sħiħa mal-Ewropa, 13-il sena wara, ħafna jinsabu diżappuntati bl-UE u anki bil-Kummissjoni Ewropea.

Spjega li l-poplu diżappuntat u rrabjat għax il-KE mhix titkellem dwar is-suġġetti li jimpurtahom minnhom in-nies.

B’referenza għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tanker tal-LNG, Busuttil qal li bid-deċiżjoni tagħha, flok fehmet x’qed iħoss il-poplu Malti dwar il-korruzzjoni, l-UE ddeċidiet favur min għandu kumpanija sigrieta fil-Panama.

Żied jgħid li sena wara l-persuni involuti għadhom hemm, u l-poplu għadu ma jafx jekk il-kumpaniji għadhomx miftuħin u minn fejn ġew il-flus.