Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Tirriżenja ċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir.   |  Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li n-nies irrabjati, iżda ma jeskludi xejn dwar Manoel Island   |  Taljan ta’ 31 sena residenti Katanaja ġie arrestat wara li nqabad b’10 kilogrammi ta’ ħaxixa tal-kannabis   |  100 kilogramma deheb misruqa minn mużew f’Berlin   |  

​Awdjo: “Nagħlqu l-Kunsill”

Charmaine  Attard   -  11/01/17 11:51 AM

Diżgwid u rabja bejn il-kunsilliera tal-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex qed jirriżultaw f’laqgħat imqanqlin.

Ma’ Newsbook.com.mt, residenti tal-lokalità qalu li jidher li l-Kunsill Lokali spiċċa b’pagamenti mwaqqfin minħabba investigazzjoni li qed issir. Skont xi kunsilliera, huma ċ-ċedoli tal-Kunsill li ġew staġnati, minħabba li ntalbu jħallsu “€7,000 għal xogħol li sar, u li suppost tħallas mill-Ministeru għal Għawdex.”

F’waħda mill-aħħar laqgħat uħud mill-kunsilliera bdew jgħidu li lesti li jagħlqu l-bieb tal-Kunsill għax għalxejn qegħdin hemmhekk. Iddeskrivew il-Kunsill bħala ‘kklampjat’.

Qalu wkoll li beħsiebhom jagħtu ultimatum sal-aħħar ta’ Jannar u jekk ma jingħatawx linja gwida mid-Dipartiment dwar kif għandhom imexxu, lesti li jxolju l-Kunsill fl-1 ta’ Frar.

Spjegaw kif it-twaqqif tal-pagamenti mhux jippermettu lill-Kunsill jagħmel xogħlijiet bażiċi fil-lokalità, lanqas patching tat-toroq u mera fi triq.

Madanakollu fl-istess laqgħat ġew diskussi titjiriet għal mawra biex il-kunsilliera jkunu jistgħu jsiefru għas-Slaten Maġi li ġew 

Għawdex fil-jiem li għaddew. Jidher li għal din il-mawra marru tliet kunsilliera.

L-istess residenti qalu ma’ Newsbook.com.mt li ma jistgħux jifhmu kif hemm flus għas-safar imma m’hemmx biex timtela ħofra fit-triq.