Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

Diplomatiċi tal-Emirati Għarab Magħquda jinqatlu fl-Afganistan

Yendrick  Cioffi  -  11/01/17 12:08 PM

Skont l-Emirati Għarab Magħquda ħames diplomatiċi tagħha mietu fi splużjoni fil-belt ta’ Kandahar fl-Afganistan.

Dan l-attakk ħalla 11-il persuna mejta, u 17 feruti, fosthom l-Ambaxxatur tal-Emirati Għarab Magħquda għall-Afganistan.

L-Aġenzija tal-aħbarijiet uffiċjali tal-Emirati qalet li l-uffiċjali kienu l-Afganistan fuq missjoni umanitarja, edukattiva u jaħdmu fuq proġetti ta’ żvilupp.

Din l-isplużjoni, li laqtet l-uffiċċju tal-gvernatur provinċjali waqt li kienet għaddejja laqgħa mad-delegazzjoni tal-Emirati Għarab Magħquda kienet waħda minn sensiela ta’ splużjonijiet li laqtet tlett ibliet oħra u ħallew 50 persuna mejta.

Dawn id-diplomatiċi kienu mistennija li jwaqqfu numru ta’ proġetti bħala parti mill-programm ta’ għajnuna umanitarja li l-Emirati qed iwettqu fl-Afganistan.