Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Vann jidħol f'folla nies f'Barċellona; diversi midruba

Filmat: Konrad Mizzi jiżgiċċa milli jwieġeb dwar kumpanija fil-Panama

Matthew Borg  -  11/01/17 02:40 PM

Il-Ministru Konrad Mizzi ma tax informazzjoni u żvija milli jagħti dettalji dwar l-involviment tiegħu fil-każ tal-Panama Papers.

Meta mistoqsi dwar il-kumpanija sigrieta tiegħu fil-Panama, Mizzi talab biex ikun mistoqsi biss dwar is-suġġett tal-konferenza tal-aħbarijiet li kien qed jagħti, jiġifieri dwar id-dħul tal-ewwel konsenja ta’ gass LNG dalgħodu.

Mizzi, li huwa l-uniku ministru fl-Unjoni Ewropea li kien fil-lista ta’ persuni fil-Panama Papers, żvija mistoqsijiet li sarulu dwar kif kien beħsiebu jmantni l-miljun dollaru Amerikan rekwiżit biex tiftaħ kont il-Panama, meta dan għandu salarju mill-Gvern ta’ €50,000 fis-sena.

Il-Ministru wieġeb li l-fatti relatati mas-suġġett “se jkunu hemm barra daqt”.

Talab ukoll biex f’ġurnata bħal din li fiha qed niċċelebraw avveniment importanti, ma niffukawx fuq affarijiet oħra.