Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Jinstab raġel mejjet fil-baħar   |  "Diġà hemm ħafna kriminalità: Iżżiduhiex bil-'gentlemen's clubs'"   |  “Il-Knisja Maltija hi importanti għall-Papa” – In-Nunzju Appostoliku   |  Il-Golfo Azzurro ordnat jidħol Tripli b'theddid li jinfetaħ in-nar fuqu

"Hemm bżonn ta' Ewropa iktar magħquda u UE iktar b'saħħitha"

Lara Michelle Camilleri  -  11/01/17 05:32 PM

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ħeġġet lil kulħadd biex iqis lill-Unjoni Ewropea l-post fejn id-dinjità, il-paċi u l-benesseri ta’ kull persuna jkunu verament il-qofol.

Dan kien il-messaġġ tagħha li għaddiet lill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker waqt żjara uffiċjali f’Malta flimkien mal-Kulleġġ tal-Kummissarji.

Il-President ta’ Malta stqarret il-bżonn ta’ Ewropa iktar magħquda kif ukoll ta’ Unjoni Ewropea iktar b’saħħitha, demokratika, aċċessibli għal kulħadd, solidali u li tagħti prijorità lill-benesseri ta’ kull membru fi ħdan il-komunitajiet u s-soċjetajiet tal-UE.

Żiedet tgħid li minkejja li bħalissa l-UE qed tħabbat wiċċha ma’ numru ta’ sfidi ekonomiċi, soċjali u politiċi, dawn għandhom iservu bħala opportunità biex isseħħ reviżjoni li taf twassal għal riforma; liema riforma m’għandhiex tfisser it-tmiem tat-tradizzjonijiet tagħna.

Apparti hekk, fid-dawl ta’ dawn l-isfidi, il-President qalet li rridu nfakkru lil xulxin fil-gwadann li għamilna permezz tal-proġetti tal-UE.

Il-President ftakret fl-irwol ta’ Dr Lola Solar, il-Fundatriċi tal-Unjoni Ewropea tan-Nisa, li fl-1953, kienet diġà rrikonoxxiet l-importanza fundamentali ta’ sinerġija kulturali bejn l-ambizzjonijiet politiċi u ekonomiċi tal-pajjiżi rispettivi.

Qalet ukoll li aħna rridu nkunu biex nibdew nagħmlu differenza, billi nwarrbu l-oppressjonijiet strutturali li jwasslu għall-faqar u l-esklużjoni soċjali; liema esklużjoni ma tista’ tiġi ttollerata bl-ebda mod.

Il-President temmet id-diskors tagħha billi ħeġġet lill-Kulleġġ tal-Kummissarji biex jagħmlu l-Unjoni Ewropea l-post fejn is-solidarjetà hija l-karatteristika ewlenija tal-identità Ewropea li minnha se jibbenifikaw kemm il-ġenerazzjonijiet tal-lum u anki dawk ta’ għada.

Ritratti: Clodagh Farrugia O'Neill