Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Jinstab raġel mejjet fil-baħar   |  "Diġà hemm ħafna kriminalità: Iżżiduhiex bil-'gentlemen's clubs'"   |  “Il-Knisja Maltija hi importanti għall-Papa” – In-Nunzju Appostoliku   |  Il-Golfo Azzurro ordnat jidħol Tripli b'theddid li jinfetaħ in-nar fuqu

Iktar sapport lill-Istati Membri fir-ritorn ta' migranti

Lara Michelle Camilleri  -  11/01/17 09:14 PM

L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta se tkun qed tagħti s-sapport lill-Istati Membri fir-ritorn ta’ migranti madwar l-Ewropa.

Dan hekk kif din l-Aġenzija nediet Timijiet ta’ Intervent Ewropew għar-Ritorn magħmul minn 690 espert magħżula mill-Istati Membri u mill-pajjiżi assoċjati ma’ Schengen.

Dawn l-esperti se jkunu mħarrġa fix-xogħol tagħhom biex jiġu assigurati standards għoljin fl-attivitajiet kollha mwettqa.

Minkejja li l-Istati Membri se jibqgħu responsabbli għar-ritorn tal-migranti, inkluż għad-deċiżjonijiet fuq min għandu d-dritt għall-ażil jew li jibqa’ fl-UE, l-Aġenzija se jkollha l-għodda biex toffri l-assistenza u s-sapport tagħha lil dawn l-Istati Membri.