Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

"Il-fruntieri jridu jkunu siguri qabel ma naqsmu r-responsabbiltà"

Charmaine  Attard   -  11/01/17 05:08 PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li l-fruntieri tal-Unjoni Ewropea jridu jkunu siguri qabel mal-istati membri jkunu mistennija li jaqsmu r-responsabbiltà dwar l-immigranti.

F’konferenza konġunta mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker, il-Prim Ministru sostna li għandhom jidħlu fil-pajjiż biss, dawk li għandhom dritt għall-ażil.

Joseph Muscat qal li hemm bżonn strateġija fit-tul dwar l-immigrazzjoni, li se tkun fil-quċċata tal-aġenda tal-Unjoni Ewropea matul il-Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew.

Min-naħa tiegħu, Jean-Claude Juncker qal li jidher li Malta se tkun qed tagħti dimensjoni aktar soċjali lill-Presidenza. Fi tweet, Juncker kiteb li fejn tidħol l-immigrazzjoni jħossu Malti.

Dwar Brexit, il-Prim Ministru enfasizza dwar l-importanza li l-Parlament Ewropew ikun involut fin-negozjati.

Kemm Joseph Muscat kif ukoll Jean-Claude Juncker ċaħdu li kien hemm xi involviment fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li approvat il-powerstation u t-tanker tal-gass.

Ritratt: DOI - Omar Camilleri