Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
"Min ifittex il-profitt akkost ta’ kollox hu alleat tat-terroriżmu" - l-Arċisqof Bernardito Auza   |  Intervista: ​Tgħix mhedda u mbeżżgħa li se jitfa’ l-aċidu fuq uliedha   |  Brian Tonna b'ittra minn Mossack Fonseca biex jikkonferma li hu s-sid ta' Egrant   |  "Il-Korea ta' Isfel kienet il-moħħ wara l-qtil ta' Kim Jong-nam" - Korea ta' Fuq

Il-kesħa tat-Tnejn twassal għal rekord ta’ domanda għall-elettriku

Yendrick  Cioffi  -  11/01/17 12:28 PM

Il-kesħa tal-aħħar jiem wasslet biex l-Enemalta laħqet l-ogħla livell ta’ domanda għall-elettriku li kellha s’issa.

It-Tnejn filgħaxija, għall-ħabta tas-sebgħa, l-ammont ta’ elettriku mqassam fis-sistema tad-distribuzzjoni u kkunsmat mill-klijenti laħaq l-410MW. Dan hekk kif aktar klijenti xegħlu l-air conditioners u apparat ieħor tal-elettriku biex itaffu ftit mill-kesħa ta’ dawn l-aħħar jiem.

Skont l-Enemalta, qatt qabel ma kien ikkunsmat ammont daqstant kbir ta’ elettriku fl-ixtiewi Maltin ta’ qabel.

L-eqreb ammont intlaħaq fi Frar tal-2005 meta ġew imqassma 402 MW ta’ enerġija elettrika. 

Dan l-ogħla livell tax-xitwa qiegħed bil-mod joqrob lejn ir-rekord ta’ kull żmien jiġifieri l-438 MW milħuqa f’Lulju tal-2015.

Fi stqarrija, l-Enemalta qalet li l-parti l-kbira tad-domanda għall-elettriku kienet qed tintlaħaq mill-power stations lokali u l-kumplament kien qed jiġi mill-interconnector bejn Malta u l-Italja.

L-Enemalta spjegat li minn meta beda jitbassar it-temp kiesaħ, ħadet diversi miżuri biex tiżgura li l-infrastruttura tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u s-sistema tad-distribuzzjoni jkunu mħejjija għaż-żieda fid-domanda.