Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Żdiedu t-talbiet għall-għajnuna psikjatrika waqt l-elezzjoni   |  "Kultura fejn il-kelmiet 'qaddej' u 'messaġġier' ma jinftehmux" - L-Arċisqof   |  ​"L-ommijiet ta' persuni pubbliċi jbatu fil-moħbi"   |  L-Istati Uniti twissi lis-Sirja dwar attakk kimiku ieħor "qed jinħema"

Jirrifjuta li jixhed kontra dak li għenu jaħbi l-katavru

Charmaine  Attard   -  11/01/17 06:12 PM

Andrew Mangion, ir-raġel ta’ Eleanor Mangion Walker li f’Lulju li għadda nstabet bla ħajja f’maħżen f’Ħal Qormi, irrifjuta li jixhed fil-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra r-raġel li għenu jaħbi l-katavru ta’ martu.

Fil-Qorti, Mangion qal li jekk jixhidx jiddependi mill-mistoqsijiet. Din ir-risposta rrabjat lill-Maġistrat, li qallu li jrid jiddeċiedi għalih innifsu u li hu mhux se jiddeċiedi għalih.  Spjegalu li għandu dritt jiddeċiedi li jżomm ħalqu magħluq. Min-naħa tiegħu, Andrew Mangion wieġeb li se jagħmel hekk.

Waqt l-istess seduta, instemgħu wkoll ix-xhieda tal-esperti forensiċi li ppreżentaw ukoll ir-rapport tal-awtopsja.  Mill-awtopsja rriżulta li l-vittma sofriet minn emoraġija b’riżultat ta’ ksur fil-kranju u anki f’moħħha.

Il-każ ikompli.