Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Tirriżenja ċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir.   |  Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li n-nies irrabjati, iżda ma jeskludi xejn dwar Manoel Island   |  Taljan ta’ 31 sena residenti Katanaja ġie arrestat wara li nqabad b’10 kilogrammi ta’ ħaxixa tal-kannabis   |  100 kilogramma deheb misruqa minn mużew f’Berlin   |  

L-FKNK se jibqgħu jitimgħu liċ-ċinji

Lara Michelle Camilleri  -  11/01/17 08:34 PM

Voluntiera mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) lesti li jkomplu jitimgħu liċ-ċinji f’Għawdex.

Dan hekk kif l-FKNK ġiet avviċinata minn BirdLife Malta biex flimkien jilħqu arranġament biex jitimgħu liċ-ċinji f’Għawdex sakemm dawn ikunu lesti biex ikomplu l-vjaġġ tagħhom.

Kienu l-membri kaċċaturi tal-FKNK li ħadu ħsieb dawn it-tjur mal-wasla tagħhom f’Għawdex, hekk kif kienu saru jafu bihom qabel kulħadd.

L-FKNK tappella għall-prudenza mill-pubbliku meta jmur josserva ċ-ċinji kemm minħabba saħħet it-tjur kif ukoll biex ma ssirx ħsara fir-raba’ tal-madwar għad-dannu tas-sidien.