Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Tirriżenja ċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir.   |  Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li n-nies irrabjati, iżda ma jeskludi xejn dwar Manoel Island   |  Taljan ta’ 31 sena residenti Katanaja ġie arrestat wara li nqabad b’10 kilogrammi ta’ ħaxixa tal-kannabis   |  100 kilogramma deheb misruqa minn mużew f’Berlin   |  

​Ritratti: Il-Presidenza tiġġammja t-traffiku

Charmaine  Attard   -  11/01/17 07:24 PM

Għadd ta’ sewwieqa llejla nqabdu f’konġestjoni kbira tat-traffiku huma u ħerġin mill-Belt Valletta. Dan filwaqt li f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi qed isir il-ftuħ uffiċjali tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea.

Ma’ Newsbook.com.mt,  mara li taħdem il-Belt Valletta spjegat kif mill-Belt san-Naxxar damet biex waslet 55 minuta. Żiedet tgħid li wara nofsiegħa li startjat il-karozza kienet għadha mwaħħla l-Belt.

Sewwieqa oħra qalet li minħabba li n-naħa ta’ Dar il-Mediterran kien magħluq għat-traffiku, il-karozzi kollha kellhom jgħaddu min-naħa ta’ Belt is-Sebħ.

Qalu wkoll li anki fis-6 ta’ dalgħodu l-Belt Valleta sebħet differenti, b’għadd ta’ karozzi diġà fit-toroq.