Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

​Se tnaqqas il-kutri dalwaqt?

Charmaine  Attard   -  11/01/17 08:44 AM

Il-kesħa li ħakmitna fl-aħħar jiem mistennija tibda titbatta mil-lum.

Is-sit li jbassar it-temp, FirstMalta.com qed ibassar temperaturi aktar komdi fil-jiem li ġejjin.

Għall-kuntrarju tat-temperaturi fil-jiem li għaddew, l-ogħla temperatura llum mistennija titla’ 15-il grad, “li hu ferm aktar komdu mill-10 gradi tal-bieraħ.”

Ir-riħ mistenni jnaqqas ukoll, minn Forza 3 għal 5 matul il-jum għal ħafif u varjabbli filgħaxija.

Filgħaxijiet mistennija temperaturi aktar komdi, bl-inqas tkun 10 gradi.

Imma għal tmiem il-ġimgħa se jerġa’ jkollok iżżid il-kutri, għax hu mbassar li t-temperaturi se jerġgħu jonqsu.