Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
"Min ifittex il-profitt akkost ta’ kollox hu alleat tat-terroriżmu" - l-Arċisqof Bernardito Auza   |  Intervista: ​Tgħix mhedda u mbeżżgħa li se jitfa’ l-aċidu fuq uliedha   |  Brian Tonna b'ittra minn Mossack Fonseca biex jikkonferma li hu s-sid ta' Egrant   |  "Il-Korea ta' Isfel kienet il-moħħ wara l-qtil ta' Kim Jong-nam" - Korea ta' Fuq

Sejħa għall-artisti

Matthew Borg  -  11/01/17 01:14 PM

Artisti b’xogħlijiet ta’ arti viżwali huma msejħa jissottomettu xogħolhom f’eżebizzjoni tal-arti li se tkun parti mill-attivitajiet tal-Presidenza Maltija.

Il-Borża ta’ Malta qed torganizza din l-eżebizzjoni kollettiva bit-tema ta’ “sensil u konnettività.”

Fi kliem il-kuratur tal-eżebizzjoni, Adrian Azzopardi, aħna msenslin, magħqudin jew marbutin flimkien bħala ħaddiema, ċittadini, konsumaturi l-ħin kollu.

Sostna li kollox jirrelata ma’ kollox dejjem u kullimkien, iżda filwaqt li das-sensil jista’ jidher daqstant ovvju f’xi waqtiet, waqtiet oħra trid għajn għarriexa biex tagħrfu.

Għalhekk, kompla Azzopardi, f’din l-eżebizzjoni l-artisti mistennija juruna kif dan is-sensil u din l-interdipendenza jiffurmawna bħala karattri kif ukoll jifformulawna l-immaġinazzjoni tagħna.

Dawk l-artisti li huma mħajrin mitluba jdaħħlu xogħol relatat ma’ din it-tema sal-10 ta’ Frar.

Għal aktar informazzjoni żur is-sit tal-Borża ta’ Malta jew ikkuntattja lil Azzopardi fuq art@borzamalta.com.mt