Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Aġġornata: Veru li l-impjegati tal-MCAST se jkollhom jilbsu l-kpiepel tal-festini?

Lara Michelle Camilleri  -  11/01/17 08:03 PM

Student mill-MCAST bagħat imejl 'umoristika' lill-Kap Eżekuttiv tal-MCAST, fejn talab biex l-impjegati tal-MCAST jilbsu l-kpiepel tal-festini u jwaħħlu tabella b’isimhom fuq il-flokk li jkunu lebsin.

B’reazzjoni għall-aħbar li ħarġet dalgħodu li l-istudenti kollha tal-MCAST se jkollhom jibdew jilbsu l-karta tal-istudenti mdendla ma’ għonqhom b’ċinga, student partikolari bagħat imejl sarkastiku iżda fl-istess ħin formali lill-MCAST.

Fl-imejl, li kienet riżultat tal-frustazzjoni tiegħu, huwa talab lil-lekċerers, lill-impjegati u lill-amministrazzjoni kollha tal-MCAST biex jibdew jilbsu l-kpiepel tal-festini skont il-kulur favorit tagħhom flimkien ma’ tabella b’isimhom fuq il-flokk; liema tabella jkollha miktub ukoll l-ikel ippreferut tagħhom.

L-istudent spjega li b’hekk l-istudenti tal-MCAST ikunu jistgħu jidentifikaw il-lekċerers kollha filwaqt li kull filgħodu jqumu b’tiċrita fuq wiċċhom minħabba l-kpiepel ikkuluriti.

L-istudent kompla jisħaq, b’ton sarkastiku imma serju, li skont studju riċenti, kpiepel tal-festini ppuntati jżidu t-tul tal-ħajja b’999%, hekk kif jistgħu jintużaw f’attakk kontra żombi jew f’kuntatt ma’ annimal perikoluż.

L-istudent temm jgħid li kull impjegat tal-MCAST li jikser din il-kodiċi se jintalab jiekol ikel partikolari mill-canteen għall-perjodu ta’ ġimgħa sħiħa; liema ikel ma jkunx imsajjar biżżejjed.

Reazzjoni MCAST:

F’reazzjoni, l-MCAST wieġbet li sfortunatament, in-numru ta’ nies li ma jkunux awtorizzati jidħlu l-MCAST huwa allarmanti u dan irriżulta f’inċidenti serji.

Qalet ukoll li permezz ta’ din il-miżura, is-sigurtà tal-iskola u tal-istudenti se tkun qed tissaħħaħ.

Barra minn hekk, il-Kap Eżekuttiv tal-MCAST qal li anki hu se jkun qed jilbes tabella.