Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Joseph Muscat jispjega l-proposti tal-PL għall-biedja u s-sajd   |  "Il-Forza Nazzjonali ikbar mill-kampanja elettorali" - Simon Busuttil

Orgni uniku u organista ta' fama internazzjonali jsaħħru lil kulħadd

Matthew Borg  -  03/01/17 01:25 PM

Orgni uniku f’Malta kien iċ-ċentru ta’ kunċert imtella’ mill-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex u l-Parroċċa San Ġwann tas-Salib meta ndaqq mill-organista ta’ fama internazzjonali Piret Aidulo.

L-orgni huwa uniku għax għandu 1620 pajp, żewġ tastieri manwali u waħda tal-pedali, 24 speaking stops u ħames mechanical stops.

Dan l-orgni msieħeb mal-kapaċita tal-organista Estonjana saħħar lil dawk preżenti.

Aidulo daqqet mużika minn żminijiet u stili differenti, fosthom minn Buxtehude sa Gaspard Corette, minn Bach sa Liszt u minn Schumann sa Magi. Indaqqet ukoll mużika tradizzjonali Estonjana.

Dal-kunċert kien parti mill-Malta International Organ Festival.