Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

​TWISSIJA mill-Gvern dwar il-kesħa

Charmaine  Attard   -  05/01/17 05:26 PM

Il-Ministeru għas-Saħħa ħareġ twissija dwar it-temp kiesaħ li mistenni jolqot lil Malta fil-jiem li ġejjin.

Fi stqarrija, il-Ministeru qal li l-effetti jistgħu jkunu kbar, b’mod partikolari fuq dawk li għandhom iktar minn 65 sena, li għandhom mard kroniku u bi problema ta’ mobbiltà.

Il-parir huwa li dawn jieklu ikel sħun u jixorbu xarbiet sħan, u jaċċertaw li t-temperaturi ġewwa jkunu mill-inqas 18-il grad.

Il-Ministeru jissuġġerixxi hekk:

  • Agħlaq il-purtieri hekk kif tinżel ix-xemx biex iżżomm is-sħana ġewwa.
  • Jekk m’għandekx problema ta’ mobbiltà, żomm ruħek attiv
  • Kul ikel sħun u ixrob xarbiet sħan
  • Aċċerta li t-temperatura ġod-dar tkun mill-inqas 18-il grad.
  • Għin lill-ħbieb u lill-qraba li għandhom xi kundizzjoni, anzjani jew jgħixu waħedhom

Fakkar ukoll li t-tilqima tal-influwenza staġjonali għadha disponibbli b’xejn miċ-Ċentri tas-Saħħa kollha, għar-residenti Maltin.

Xerred dan l-artiklu ma' ħbiebek u qrabatek

Ritratt: Arkivji