Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
"Il-Gvern se jagħti 7 biljun litru ilma fis-sena lill-bdiewa u lukandi" - Joseph Muscat   |  “Il-Gvern irid jagħmel profitt anke mill-mewt” – Simon Busuttil

​APPELL dwar il-kafè u l-alkoħol fil-kesħa

Charmaine  Attard   -  06/01/17 06:40 PM

Appell ieħor dwar il-kesħa mill-awtoritajiet, din id-darba indirizzat b’mod partikolari lill-anzjani u lil dawk li jieħdu ħsiebhom.

Id-Direttorat għall-Istandards fis-Saħħa fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa jappella biex ir-residenti fid-djar tal-anzjani jieħdu xarbiet sħan, iżda jevitaw il-kafè u l-alkoħol.

F’ċirkolari li ntbagħtet f’dawn ir-residenzi, l-anzjani qed jiġu mħeġġa li jevitaw joqogħdu barra, jieklu b’mod regolari, u jilbsu saffi ta’ ħwejjeġ.

Il-kmamar li jgħixu fihom għandhom jinżammu sħan u b’temperaturi ta’ mhux inqas minn 21 grad matul il-ġurnata u 18-il grad matul il-lejl.

Id-djar tal-anzjani għandhom jaraw li hemm biżżejjed heaters u gvieret jew quilts għal fuq is-sodod.

Jappella wkoll  lill-anzjani biex jilbsu peduni u piġami biex jibqgħu sħan.

Ilbieraħ il-Gvern ħareġ twissija dwar it-temp kiesaħ li mistenni jolqot lil Malta fil-jiem li ġejjin.