Newsbook

Free - On Google Play

View
Il-Knisja twieġeb għall-akkużi foloz tal-Orizzont   |  Jaqa' waqt li kien qed jaħdem fuq bejt   |  “L-immigranti għandhom dritt għal ħajja stabbli”   |   "M'aħniex edukati fid-diversità"   |  Tmut it-tarbija li ttajret bil-pram b'kollox f'Melbourne

Il Volo ma jaċċettawx li jkantaw waqt l-inawgurazzjoni ta’ Trump

George  Cremona  -  06/01/17 06:26 PM

Il-membri tal-grupp Il Volo m’aċċettawx li jkantaw waqt iċ-ċeremonja tal-inawgurazzjoni tal-President Donald Trump.

Fi stqarrija hekk kif irċevew l-invit biex ikantaw fl-avveniment li se jsir fl-20 ta’ Jannar, iż-żgħażagħ bla tlaqliq wieġbu: “Ma naqblux mal-ideat razzisti u xenofobiċi tiegħek”.

Din il-le li qalu Il Volo lil Trump tingħaqad ma’ bosta risposti fin-negattiv li l-President Amerikan elett irċieva minn kantanti oħra ta’ fama mondjali.

Fost dawk li rrifjutaw kien hemm Justin Bieber, Kayne West, Bruno Mars, Celine Dion, Elton John u Kate Perry.

Jackie Evancho li rebħet l-America’s Got Talent aċċettat li waqt il-qofol taċ-ċeremonja tkanta l-Innu Amerikan. Qabilha se jkantaw Beyonce u Aretha Franklin.