Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Żdiedu t-talbiet għall-għajnuna psikjatrika waqt l-elezzjoni   |  "Kultura fejn il-kelmiet 'qaddej' u 'messaġġier' ma jinftehmux" - L-Arċisqof   |  ​"L-ommijiet ta' persuni pubbliċi jbatu fil-moħbi"   |  L-Istati Uniti twissi lis-Sirja dwar attakk kimiku ieħor "qed jinħema"

B’kanċer fil-frixa jixtiquh għall-Eurovision

George  Cremona  -  07/01/17 12:31 PM

Fl-Iżlanda bħalissa qiegħda fuq fomm kulħadd petizzjoni li qed titlob li l-attur Stefan Karl Stefanson jirrappreżenta lill-pajjiż fil-Eurovision Song Contest ta’ Mejju li ġej.

L-attur ta’ 41 sena, rabat ismu mas-sensiela tat-tfal Lazy Town li xxandret f’180 pajjiż u ġiet tradotta b’32 lingwa.

Fiha jinterpreta l-parti tar-raġel il-ħażin Robbie Rotten.

Minkejja li fis-sensiela Stefanson jaħdem il-parti tal-kattiv, l-Iżlandiżi b’simpatija jixtiequ jinkoraġġuh f’dan il-mument turbulenti ta’ ħajtu billi jibgħatuh il-Eurovision.

Ftit ġimgħat ilu f’Ottubru sar magħruf li ntlaqat minn tumur fil-frixa li għalih bħalissa qed jieħu l-kura.

In-numru ta’ nies li ffirmaw din il-petizzjoni hu wieħed għoli ħafna meta wieħed iqis li l-Iżlanda għandha popolazzjoni ta’ 323 elf ruħ, jiġifieri anqas minn Malta.

Fi żvilupp wara li sar jaf bil-petizzjoni l-attur ħareġ stqarrija fejn wera l-apprezzament tiegħu għall-Iżlandiżi. Fl-istess ħin pero’ ħabbar li minħabba l-kura li qed jirċievi se jkollu jastjeni u ma jaċċettax il-proposta.

Minkejja li qed iddur il-petizzjoni, xorta hu pjanat li jsiru żewġ serati ta’ semifinali li mbagħad fil-11 ta’ Marzu jwasslu biex l-Iżlanda tagħżel il-kanzunetta li se tirrappreżenta lill-pajjiż.

Jekk, kif qed titlob il-petizzjoni Stefanson jkun l-attur li jirrappreżenta lill-Iżlanda, din mhix se tkun l-ewwel darba li l-Eurovision jintuża biex pajjiżi varji jgħaddu messaġġ ta’ kuraġġ u tama.

L-aktar każ riċenti kien fl-aħħar edizzjoni meta fi Stokkolma għan-Norveġja kantat il-kantanta Agneta. It-tfajla ta’ 21-il sena waqt li kienet tirrappreżenta lil pajjiżha, ħatfet l-opportunita li taqsam ma’ kulħadd l-istorja tagħha ta’ ħajja miżgħuda bi sfidi ta’ saħħa mentali.