Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

Awdjo: “Muġugħa ħafna imma...”

Charmaine  Attard   -  09/01/17 08:36 AM

Maria*, li għaliha kull ġurnata tfisser martirju minħabba d-diversi kundizzjonijiet ta’ saħħa, tiddeskrivi d-dulur li għaddejja minnu, filwaqt li tinsisti fuq il-pożizzjoni tagħha dwar l-ewtanasja.

Imbikkma l-mara stqarret kemm hi muġugħa fost l-oħrajn bil-mard fil-pulmun u f’qalbha.

Waqt il-programm Dritt għall-Punt fuq RTK, Maria saħqet li minkejja din it-tbatija kollha, tinsab rassenjata li tħalli kollox f’idejn Alla u ma tridx li ħaddieħor jiddeċiedi għaliha u jagħmlilha l-ewtanasja.

Irrakkuntat kif kienet f’sitwazzjoni fejn tawha l-mediċina, għamlulha l-griżma tal-morda u daħlet f’koma. Esprimiet il-biża’ li tmur l-isptar minħabba li jekk tkun waħedha ma tafx x’mediċina tkun qed tingħatalha.

“Għandi ħafna affarijiet li m’għandix fejqan għalihom...Allura ngħidilhom jagħmluli l-ewtanasja?” stqarret Maria filwaqt li tenniet il-pożizzjoni tagħha kontra din l-għażla qerrieda.

Ix-xahar li għadda, Dr Nadia Delicata, lekċerer tat-Teoloġija Morali fl-Università ta’ Malta saħqet li  “l-ewtanasja tista’ żżid it-tbatija ta’ pazjenti b’mard terminali.”

Min-naħa tiegħu, id-Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija Prof. Rev. Emmanuel Agius, li staqsa kif tabib responsabbli li jkun ħa l-ġurament li jipproteġi l-ħajja, jista’ jassisti għat-tmiem tagħha. Żied jgħid li l-kunċett li t-tobba jħaffu l-proċess tal-mewt bil-mediċina tmur kontra l-professjoni medika tagħhom.

Maria huwa isem fittizju