Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Żdiedu t-talbiet għall-għajnuna psikjatrika waqt l-elezzjoni   |  "Kultura fejn il-kelmiet 'qaddej' u 'messaġġier' ma jinftehmux" - L-Arċisqof   |  ​"L-ommijiet ta' persuni pubbliċi jbatu fil-moħbi"   |  L-Istati Uniti twissi lis-Sirja dwar attakk kimiku ieħor "qed jinħema"

"Ġimgħa wara naqsulu l-ħsibijiet li jneħħi ħajtu b'idejh"

Charmaine  Attard   -  09/01/17 05:17 PM

Kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Andrew Mangion, is-suspettat ewlieni fil-qtil ta’ martu Eleanor Mangion Walker.

Fil-Qorti, il-psikjatra li eżamina lil Mangion qal li l-akkużat kien jidher li kien lest li jipprova jweġġa’ lilu nnifsu u li kien għalhekk li ntbagħat f’taqsima apposta fl-Isptar Monte Karmeli.

Żied jgħid li wara ġimgħa, bdew jonqsulu l-ħsibijiet li jneħħi ħajtu b’idejh. Spjega li kien jidher imdejjaq ħafna, inkwetat fuq bintu għax ma jafx fejn hi u li kien jibki spiss.

Fil-Qorti nstema’ wkoll kif il-Pulizija fittxew fi tlett idjar f’lokalitajiet differenti.

Uffiċjal tal-pulizija qal li dan kien meħtieġ għax l-akkużat, li kien jaħdem bħala handyman, kien fil-pussess ta’ sett ċwievet ta’ dawn il-proprjetajiet, għax kien qed jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fihom.

Il-qtil ta’ Eleanor Mangion Walker seħħ f’Lulju li għadda. Il-katavru tagħha nstab f’maħżen f’Ħal Qormi.

Il-każ ikompli fit-13 ta’ Frar.