Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

"Ħsibna li se jispiċċa f'siġġu tar-roti u jmut qabel iż-żmien"

Lara Michelle Camilleri  -  09/01/17 02:33 PM

Tifel ta’ sentejn, imlaqqam bħala ’t-tifel misterjuż’, għaġġeb lit-tobba bil-kambjament li għamel hekk kif kien maħsub li kellu marda terminali.

It-tobba kienu jaħsbu li Taylor Davison, minn Newcastle, kien ibati minn marda mitokondrijali; liema marda twaqqaf l-organi tal-ġisem milli jiffunzjonaw.

Dan hekk kif il-marda tiegħu neħħietlu l-possibbiltà li jimxi u jibla’.

Għaldaqstant, it-tobba kienu ħasbu li Taylor kien se jqatta’ l-bqija ta’ ħajtu f’siġġu tar-roti u kien se jmut ta’ età żgħira.

Madanakollu, minn ittestjar ġenetiku rriżulta li Taylor kien ibati minn defiċjenza tal-Vitamina B7 li kienet qed tikkawża l-istess sintomi.

Issa li Taylor qed jingħata l-kura meħtieġa beda jgawdi ħajtu u jesperjenza attivitajiet bħalma jesperjenzaw sħabu.

Il-ġenituri tiegħu qalu li jinsabu grati ħafna ta’ kulma għandhom u tal-ħajja li qed tingħata lil binhom.