Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Żewġ anzjani gravi wara li ttajru viċin Mater Dei   |  "Ma nistgħux nużaw il-liġi mingħajr sens ta' ġustizzja soċjali" - Neil Falzon   |  Awdjo: "Nittama li dan kien preċedent li kulħadd tgħallem minnu" - Il-President   |  Donald Trump jerġa' jattakka l-midja Amerikana

Imut il-bniedem li kien jara s-soċjetà likwida

Alvin  Vassallo  -  09/01/17 06:46 PM

Il-Filosfu u Soċjologu Polakk Zygmunt Bauman miet fl-età ta’ 91 sena.

Imwieled il-Polonja fl-1925, Bauman għex f’Leed, l-Ingilterra. Huwa jibqa’ magħruf mad-dinja għat-teoriji postmoderni tiegħu u għat-teorija tiegħu ta’ soċjetà likwida.

F’għadd ta’ kotba Bauman jimraħ mill-imħabba għall-ħajja fejn kollha jiddeskrivihom bħala likwidi.

Dan hekk kif għalih, is-soċjetà kontemporanja u l-politika hija fluwida. Il-kawża ta’ dan jattribwixxiha għall-globalizzazzjoni, id-dinamiċi konsumeristiċi li ħolqu disorjentazzjoni fil-bniedem.

Tema oħra li tkellem dwar hija l-immigranti u l-mod ta’ kif għandna naċċettawhom. Huwa ġabar il-ħsibijiet tiegħu fuq ir-relazzjoni ma’ “ħaddieħor” li tinkludi anke l-barrani.

Huwa kien jobgħod il-‘ħitan’ li bniet l-Ewropa u r-razziżmu. Jgħid li dawn ġejjin mis-soċjetà beżgħana minn dak li ma jafux u mhux imdorrijin bih, minn dak li hu ‘anonimu’.