Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

Ittanta xortik forsi ssib xi munita fil-laptop

Alvin  Vassallo  -  09/01/17 06:07 PM

Jista’ jkun ilek tuża l-laptop imma qatt ma ftaħtu.

Jekk tbati mill-kurżità u forsi għandek laptop li m’għadekx tużah ittanta xortik u iftħu.

Diversi nies li għandhom Macbook baqgħu mibluha hekk kif meta fetħuh sabu muniti.

Din mhux l-ewwel darba li nstabu flus fil-laptop. Fl-2010 kien ġie rrapurtat l-ewwel każ.

Intqalu diversi teoriji ta’ x’seta’ wassal biex hemm munita fil-laptop imma li hu żgur li t-teoriji baqgħu fl-arju hekk kif baqa’ mhux magħruf kif u għala dik il-munita sabet postha hemm.

Fuq Facebook diversi nies qalu li l-muniti waqgħu fil-laptop jew ġew ippressati hemm għal xi raġuni.

Madankollu eks ħaddiem tal-Apple qal li kemm-il darbu jsibu affarijiet fil-laptop. Qal li kull ħaġa immaġinabbli li tista’ tidħol fih, muniti,paperclips u sd cards sabuha fil-laptops. B’mod ironiku qal li ma jistax jgħodd ta’ kemm sab affarijiet fil-macbook tan-nies.