Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Żewġ anzjani gravi wara li ttajru viċin Mater Dei   |  "Ma nistgħux nużaw il-liġi mingħajr sens ta' ġustizzja soċjali" - Neil Falzon   |  Awdjo: "Nittama li dan kien preċedent li kulħadd tgħallem minnu" - Il-President   |  Donald Trump jerġa' jattakka l-midja Amerikana

Ritratti: L-aħħar bewsa ta’ qabel il-mewt

Alvin  Vassallo  -  09/01/17 05:15 PM

Joelle Hughes ma kinitx taf li se ttemm il-ġurnata tagħha bl-aħħar bewsa li setgħet tagħti lil bintha ta’ sena.

Dan hekk kif wara ftit sigħat li bisitha sabitha mejta.

L-omm ta’ żewġt itfal kitbet fuq Facebook biex tfakkar il-memorja għażiża ta’ bintha fejn iddeskrivietha bħala anġlu.

“Ħajti, l-anġlu tiegħi, binti telqet minn magħna ħabta u sabta. Hija kienet f’soddidtha titbssem, kienet qisha xadina żgħira waqt li kont qed innaddfilha snienha. Tajnieha tgħanniqa u bewsa bħalma nagħmlu s-soltu u raqqadnieha. Wara ftit sibtha ma tiħux nifs.”

L-omm kompliet tgħid li għamlet ħilitha biex terġa’ ġġib lil bintha lura imma kien kollu ta’ xejn.

Intant ħbieb tal-familja qed jiġbru l-flus biex isir il-funeral tat-tifla.

Il-mewta tat-tifla għadha mhux magħrufa u infetħet inkjesta.