Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

​Filmat: “Wara li ħaqarni sidi, abbandunatni l-ġustizzja”

Ian Noel  Pace  -  11/10/17 03:49 PM

“Għalkemm sibt ix-xorti li xi persuni ntebħu li kont qed niġi maħqur, ma jista’ jsir xejn għax ma fadalx post għalija.” Dan qalu kelb abbandunat b’ħarsa kollha diqa lil Newsbook.com.mt

Minkejja li dan il-kelb jinħaqar b’mod regolari, ħadd ma jista’ jneħħih mill-ambjent li jinsab fih. Ir-raġuni ewlenija għal dan hija li l-każijiet li jinsabu għaddejjin proċess fil-Qrati qed idumu wisq, bil-konsegwenza li l-postijiet fejn jinżammu l-annimali li ġew ikkonfiskati minħabba moħqrija mtlew u ma fadalx postijiet għallihom.

“Waqt li l-avukat imur xi btala jew sidi jippreżenta ċertifikat li huwa marid, jien nibqa’ naqla’ ġo fija. Taħsbux li qed ngħir għal ħuti tafux, għax ħadd ma jistħoqqlu din il-ħajja. Imma aħna se nibqgħu hekk? Il-kuġin tiegħi ilu x-xhur marbut b’katina f’għalqa, xemx u xita dejjem fuqu. Dan biex joqgħod għassa mal-għalqa.

“Nittama li wara li tkellimt mal-midja sidi ma jismax bil-kullari elettriċi u jlibbisni wieħed. Ma niflaħx inbati aktar… xokk ma’ kull nebħa jonqos.”

 Nitolbok tara l-filmat fejn Rosalind Agius tispjega s-sitwazzjoni li jinsabu fiha annimali bħali.

Filmat: Ian Noel Pace